Fl-Imġarr, il-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat ingħata merħba sabiħa u tkellem dwar diversi suġġetti. Fosthom tkellem dwar l-importanza ta’ sistemi block chain, li bihom reġsitri online jkunu mmaniġjati aħjar.
Fuq il-BWSC, qal li hemm il-karti iswed fuq l-abjad, fejn jirriżulta li kien hemm regoli tajbin ambjentali, iżda ttieħdu passi fejn il-liġi dwar magni li idaħħnu ġew injorati. Li kieku dik il-firma ma saritx, spjega l-Prim Ministru, il-BWSC ma ħaditx kuntratt. George Pullicino iffirma biex il-magni li l-aktar iniggsu jinxtraw. Karta li sparixxiet dak iż-żmien instabet, u intbgħatet għadn l-Awditur Ġenerali għall-invetigazzjoni. Eperti dak iż-żmien qalu li l-proġett ma kellux isir. Jiġifieri Gvern Nazzjoanlista taż-żmien opprefera li l-poplu jibla aktar dħaħen u jħalli kumpanija tal-għażla tiegħu taħdem.
Meta nitkellmu dwar l-ambjent, qal il-Prim Minsitru, qatt daqs dawn l-erba’ snin ma kien hemm titjib fil-kwalità tal-ajra. Il-Prim Ministru nnota l-mistoqsijiet fuq il-kaċċa fir-rebbiegħa u l-motor track, li dwarhom il-koalizzjoni tal-PN wieġbet b’konfużjoni sħiħa bejniethom. Il-pajjiż, spjega l-Prim Ministru, irid spjegazzjonijiet ċari. L-unika ħaġa li jaqblu fuqha, hi li ma jridux lil Joseph Muscat. Se jkun il-poplu li jiġġudika, żied jgħid Joseph Muscat.
Fejn tidħol kaċċa illegali, filwaqt li fil-każijiet ta’ repeat offenders u min jispara fuq speċi proetti teħtieġ id soda fuqhom, il-liġi trid tkun ġusta wkoll. Fil-każ tal bdiewa, dan il-Gvern irreveda r-rati ta’ ċnus f’dak li għandu x’jaqsam ma rziezet. Ammont li qed jagħti inċentiv sew lil bdiewa. Barra minn hekk, bdiewa se kunu eżenti bit-taxxa meta jiġu biex ibiegħu.
Il-Prim Minsitru tkellem dwar kwistjonijiet oħra. Bħal per eżempju li riċentement madwar 11-il tarbija twiledu mill-IVF. Jiġifieri aktar minn 70 tarbija twieldu mil-liġi riveduta tal-IVF. L-istess ġara dwar l-unjoni ċivili, li minnha ħafna qed jibbenefikaw.
Joseph Muscat tkellem dwar ir-rata ta’ taxxa għall-aristi, li taħt amminsitrazzjoni Laburista jħallsu ftit aktar minn 7% fl-events artistiċi tagħhom. L-istess għamlu dawk il-qasam sportiv. Illum nofs miljun ewro fis sena jidħlu mil football biss, fejn qabel ma kien jidħol xejn għax dan is-settur ma kienx regolat.
Il-Prim Minsitru appella biex il-poplu jtella’ l-bandiera Maltija fuq il-bjut u fuq il-mezzi soċjali.