Ġimgħa wara s-summit informali fi Brussel li matulu bdew id-diskussjonijiet dwar il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba snin li ġejjien, il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-budget u r-rizorsi umani Gunther H.Oettinger kellu impenji f’pajjizna. Fosthom laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Il-Prim Ministru sejjaħ l-laqgħa mal-kummissarju Ewropew Oettinger bħal waħda importanti hekk kif il-gvern malti qed ikompli jaqsam l-ideat u l-prospetti tiegħu għall-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-snin elfejn u għoxrin u elfejn u sebgħa u għoxrin. Diskuzzjonijiet bejn is-sebgħa u għoxrin Kap ta’ Stat, li qed isir fl-isfond ta’ Brexit.
Bil-Prim Ministru Joseph Muscat enfasiza li d-deċizzjonijiet kruċjali iridu jittieħdu minħabba l-effett li se jħalli l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Hawn il-Prim Ministru qal li dak li hu tajjeb għall-istati membri tal-Unjoni Ewropea, hu tajjeb għall-istess Unjoni Ewropea.
Tul il-laqgħa l-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-budget u r-rizorsi umani Gunther H.Oettinger semgħa l-aspettativi tal-gvern malti. Qal li hu irid jisma’ biex fl-aħħar mill-aħħar fil-budget ikun iffukat fuq dak li qed jistennew l-istati membri mill-istess Unjoni.
Il-Kummissarju Oettinger kellu kliem ta’ tifħir għall-ħidma tal-gvern Malti, bil-Kummissjoni Oettinger qal li l-Kummissjoni Ewropea għandha relazzjonijiet tajba mal-gvern malti.