Il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-mara tiegħu Michelle Muscat dalgħodu jinsab il-Qorti jixhed quddiem l-inkjesta li fuq talba tiegħu qed tinvestiga l-allegazzjonijiet li saru dwaru minn Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista.
Fil-kummenti tiegħu wara tmiem is-seduta, il-Prim Ministru qal li hu u martu taw ix-xhieda tagħhom fil-Qorti biex inaddfu isimhom minn dak li l-Prim Ministru sejjaħ bħala ħmieġ li ġie allegat fil-konfront tagħhom.
Dan l-għada li waqt il-programm Xarabank, Busuttil ma ppreżenta ebda prova għall-allegazzjonijiet serji li qed jagħmel fil-konfront tal-Prim Ministru u martu. Mhux talli hekk, talli lbieraħ tenna għal darb’oħra li ma jemminx li huwa xogħolu li jġib il-provi.
Waqt Xarabank kellu kull opportunità jissostanzja mqar bi prova waħad dak li ntqal s’issa, bl-unika argument ta’ prova tiegħu tkun ritratt ta’ bagalja.
Quddiem il-Qorti nġabret folla ta’ nies li biex turi solidarjetà mal-Prim Ministru u l-mara tiegħu Joseph Muscat.