Wara d-diskors tiegħu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela xegħel l-urna, permezz tat-torċa fuq l-Għolja tal-Ħelsien, fil-Birgu.
Għall-ewwel darba, din is-sena t-torċa nġarret minn tifel u tifla mill-Belt Valletta sa riġlejn il-monument tal-Ħelsien.
Quddiem folla numeruża ta’ nies li attendiet għal din iċ-ċerimonja mill-isbaħ, wara li xegħel l-urna, il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ martu Lydia poġġa bukkett fjuri biswit il-monument li jfakkar din il-ġrajja storika.
Segwew ukoll membri mill-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista.