Il-Prim Ministru Joseph Muscat xeħet il-vot tiegħu fl-elezzjoni għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.
Fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, l-Prim Ministru li kien akkumpanjat minn bintu, ma vvotax waħdu dan hekk kif flimkien miegħu vvotaw iż-żewġ kandidati għal Deputat Mexxej għall-affarijiet tal-Parlament, il-Ministru Chris Fearne u l-Ministru Edward Scicluna.
L-għażla finali se tkun qed twassal għal Deputat Prim Ministru ġdid li se jkun qed jaħdem id f’id mal-Prim Ministru Joseph Muscat, kariga li kien qed jokkupa s-Sur Louis Grech. Grech ukoll xeħet il-vot tiegħu biex ukoll esprima lil min jixtieq li jokkupa l-kariga warajh.
Il-votazzjoni tissokta sal-20.00 tal-lejl, bid-delegati tal-Partit Laburista huma dawk eliġibbli li jivvotaw.