Għad-disa’ jum tal-kampanja, permezz ta’ Facebok Live, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar kif illum hi l-ġurnata li fiha ġie diskuss il-qasam tal-edukazzjoni u l-aktar dwar it-tfal.
Muscat qal kif illum il-Partit Laburista tkellem dwar il-piż tal-basktijeit, fejn iridu jimmiraw li l-basktijiet tal-istudenti ma jkunux tqal, u kif ukoll dwar kif se jkunu qed jaslu l-iskola t-tfal, fejn kull tifel u tifla se tkun qed tingħata trasport b’xejn irrispettivament liema skola jattendu. Dan it-trasport se jkunu qed ikollu wkol superviżjoni.
Il-Prim Minsitru tkellem ukoll dwar kif ġie propost li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għalliema, li fosthom jinkludu għalliema, kapijiet u deputati kapijiet ta’ skejjel filwaqt li ssir konsultazzjoni biex jitnaqqas it-teaching load tal-edukaturi fil-gradi kollha, dan sabiex jiffukaw aktar fuq it-tfal.
Proposta oħra kienet li jitneħħa l-ħlas tal-eżamijiet kollha tal-MATSEC u s-SEC għat-tfal dan sabiex l-eżamijiet ma jpoġġux piż finanzjarju fuq il-familji.
Joseph Muscat temm billi qal “nemmen li f’dan il-qasam għandna proposti importantissimi mnebbħa minn prinċipju importanti, li hu l-prinċipju tal-mobiltà soċjali u l-ugwaljanza.”
Segwi hawn isfel il-messaġġ kollu tal-Prim Ministru.