Dalgħodu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela mar jitfa’ n-nomina tiegħu bħala kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Dr Abela kien fil-binja tal-Kummissjoni Elettorali fin-Naxxar fejn tefa’ l-kandidatura tiegħu fuq it-tieni u l-ħames distrett.
Fl-istess jum mar ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni jitfa’ n-nomina tiegħu fuq il-ħames u l-ħdax-il distrett.
L-ewwel sigħat tal-kampanja elettorali kienu ddominati mit-tħarbit ta’ Bernard Grech fuq liema distretti se joħroġ.
Dan meta l-midja indipendenti rrappurtat li Bernard Grech kien biddel l-għażla tad-distretti u kien se jabbanduna l-ħames distrett u joħroġ fuq it-tnax-il distrett.
Din il-bidla nisslet paniku sħiħ fid-Dar Ċentrali u saret u-turn biex Grech imbagħad żamm id-distretti oriġinali tiegħu.