Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li qed jistenna apoloġija, wara li organu tal-Partit Nazzjonalista uża ritratt ta’ wliedu biex jattakkawh politikament. Joseph Muscat qal dan meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti wara konferenza organizzata mill-MEP Miriam Dalli dwar il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea.
Għal darb’oħra l-Prim Ministru Joseph Muscat tenna li la hu, la martu u lanqas uliedu m’għandhom xi kumpanija sigrieta barra minn xtutna. Tenna li hu u familtu għandhom kollox f’pajjiżna, u kollox huwa ddikjarat.
Messaġġ li rreptih l-għada li fil-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista serraħ ras id-delegati u talabhom jibqgħu kalmi quddiem l-attakki personali.
F’dan id-dawl tenna wkoll l-appell tiegħu biex l-attakki politiċi jibqgħu tali, iġifieri politiċi, u ma jaqgħux fuq il-livell personali.