Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li pajjiżna se jkompli jjibqa’ jipproteġi lin-nies u lin-negozji mill-impatt tal-kriżi tal-enerġija.
Huwa qal li l-Gvern se jibqa’ impenjat li jkompli jerfa’ dan il-piż hu, u rrimarka li din hija waħda mir-raġunijiet għaliex l-ekonomija Maltija baqgħet tikber b’mod stabbli.
Dan qalu meta, fil-Berġa ta’ Kastilja, huwa kellu laqgħa ma’ delgazzjoni mill-Grupp ta’ Min Iħaddem fi ħdan il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew hu korp konsultattiv tal-Unjoni Ewropea, ibbażat fi Brussell, li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jikkonsultaw miegħu. Il-Kumitat huwa magħmul minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem u gruppi oħra ta’ interess.
Din id-delegazzjoni żaret Malta sabiex tifhem aħjar ir-realtajiet, kif ukoll l-isfidi u l-opportunitajiet, li jiffaċċja pajjiżna.
Iż-żewġ naħat iddiskutew l-enerġija, il-kompetittività, il-politika dwar it-taxxa, it-tkabbir u l-istabbiltà.
Met with @employers_EESC & discussed several topics. I reiterated that @maltagov is still committed to continue shielding the economy from most of the impacts of energy crisis for businesses & citizens. Our aim remains clear – continuous, steady economic growth in 🇲🇹 – RA pic.twitter.com/f44xEggRKF
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) December 2, 2022