Kien pjuttost vjaġġ interessanti minn meta ltqajna Malta aktar minn madwar sentejn ilu. Hekk Beda l-Prim Ministru Joseph Muscat fejn saħaq li d-dinja li ngħixu fiha hija post differenti llum, fejn jeżistu wkoll inugwaljanzi u inċertezzi f’pajjiżi differenti.
Minkejja dan, il-Commonwealth qed jesperjenza interess qalbieni, bil-familja tal-commonwealth dejjem qed tikber b’ bidliet pożittivi jiġru, kompla l-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru awgura lir-Renju Unit għas-sentejn li ġejjin bħala l-Kap tac-CHOGM wara Malta.
Joseph Muscat aċċenna dwar l-ugwaljanza; tema ċentrali li ġeit diskussa fil-laqgħa li saret fil-Belt Valletta meta saret il-laqgħa tac-CHOGM f’pajjiżna fl-2015. Saħaq li dan irridu nkomplu niġġieldu għalih u ma nistgħux li waqt li nġibu ugwaljanza fuq naħa, inkunu qed nonqsu naħa oħra. L-ugwaljanza hija valur fundamentali.
Mhux il-mument li nippuntaw is-swaba iżda li nkomplu nippromovu l-ugwaljanza fuq l-aġenda tal-commonwealth. Malta temmen dan fis-sħiħ. Saru passi kbari iżda hawn nies ibatu minħabba nuqqas ta’ ugwaljanza u dawn huma ħutna wkoll.
Jekk hemm ħaġa waħda u li nistgħu nittamaw dwarha hu li dan l-impenn ikompli.
Dan kollu jawgura tajjeb għall-ġejjieni.
Dan kien id-diskors li l-Prim Ministru Joseph Muscat wassal fil-ftuħ uffiċjali tac-CHOGM 2018 qabel ma tkellmet ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni.