Fil-lejl ta’ bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira aktar minn 10,000 persuna pparteċipaw fil-mixja b’risq Puttinu Cares.
Magħhom inagħaqad ukoll il-Prim Ministru Robert Abela, li tella’ ritratt fuq il-paġna ta’ Facebook flimkien ma’ Josie Vella, missier Jake Vella.
lbieraħ intlaħaq ir-rekord ta’ parteċipanti f’dan l-avveniment annwali b’ġest nobbli.
Rekord ta’ nies attendew il-Mixja ta’ Puttinu. Eluf ta’ persuni ħonqu l-pjazza tal-Mellieħa hekk kif aktar minn 10,000 ruħ ipparteċipaw f’din il-mixja tant mistennija tal-Ġimgħa l-Kbira, kollha b’risq il-fondazzjoni Puttinu Cares.
Il-mixja telqet mill-Mellieħa u spiċċat fuq il-Fosos tal-Floriana.
L-appell illum huwa sabiex il-poplu jgħin lill-Puttinu Cares fil-Maratona Ġbir ta’ Fondi.
Ara wkoll: