Il-Partit Laburista qed itella’ attività fiċ-Ċentru tal-Fondazzjoni Inspire, f’Wied il-Għajn, bl-isem ta’ ‘Ekonomija li taħdem għan-Nies’, bis-sehem tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.
Matul din l-attività, wieħed jista’ jgħid tiegħu fosthom fuq l-ekonomija u s-soċjal f’pajjiżna, ix-xogħol ta’ kwalità, il-ħaddiema barranin, kif ukoll il-work-life balance.
Din l-attività qed tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjonijiet ONE u l-mezzi soċjali.