Il-Prim Ministru kien intervistat fi Brussell minn Sky News u l-ewwel mistoqsija kienet dwar it-Tieqa tad-Dwejra.
Hemm indika li qed tinħema xi ħaġa għaż-żona. Biex nużaw kliemu l-Gvern se jħabbar “inizjattiva internazzjonali” fil-ħin li ġej.
B’hekk jidher li l-istorja tat-tieqa tad-Dwejra ma spiċċatx mat-tiġrif tagħha lbieraħ filgħaxija. Il-Prim Ministru qal li hemm ħafna interess, saħansitra internazzjonali, f’din il-kwistjoni.