Il-Prim Ministru qal li jixtieq li Għawdex ikun l-ewwel post li fih jintużaw biss karozzi elettriċi.
Filwaqt li l-Gvern irid li jkun hemm inċentivi għal min jixtri karozzi elettriċi fejn jingħataw inċentivi u saħansitra jkun jista’ jiċċarġja l-karozza fil-garaxx tiegħu.
Il-Prim Ministru tenna li għaddejjin taħditiet mal-Ministeru għall-Enerġija biex ikun hemm dawn l-iskemi ta’ għajnuna għal nies li għandhom karozzi elettriċi.