B’investiment ta’ tlettax-il miljun ewro, il-Prim Ministru Robert Abela inawgura l-iskola Primarja l-ġdida tal-Qawra, li tagħmel parti mill-Kulleġġ Maria Regina.
Il-Prim Ministru sostna li dan huwa jum sabiħ ghal din il-komunità, u qal li din hija skola li verament tixraq lit-tfal u tagħmel parti mil-legat ta’ dan il-Gvern.
Dr Abela sostna, “Jiena ma ngħidx intefqu tlettax-il miljun, ġew investiti tlettax-il miljun. Dan mhux biżejjed għax kif infetħet din l-iskola tara kemm hija state fo the art u kemm tixraq lit-tfal tagħna li jixirqilhom l-aħjar u din l-iskola hija l-aħjar. Rajna l-mod kif inhuma l-health protocols b’mod tanġibbli rajnihom u dan huwa x’jixraq lit-tfal tagħna.”
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici spjega li bħalissa l-Gvern qed jaħdem fuq proġetti li jammontaw għal ħamsa u ħamsin miljun ewro.
Kompla jispjega li din l-iskola se tilqa’ fiha sitt mija u ħamsin student u studenta, u li se tkun qed tikkumplimenta l-iskola preżenti ta’ San Pawl il-Baħar.
Il-Ministru Bonnici stqarr, “Dan huwa investment ta tlettax -il miljnu u din hija l-isbah skola.Tajna kaz kull detttall, arja kundizzjonata fil-klassi, toilets mal-klassi, l-użu ta interective whiteboards ta’ kull mudell. Dawm huma kollha affarijiet li se jrendu esperjezna tal-istudenti bħala waħda unika.”
Din l-iskola fiha wkoll sala kif ukoll diversi faċilitajiet sportivi li jistgħu jintużaw mill-komunità tal-Qawra. Taħt din l-iskola hemm ukoll żewġ sulari ta’ parkeġġ li jifilħu erba’ mitt karozza.
Is-Segretarju Permanenti Frank Fabri qal li dan il-proġett huwa parti minn kullana ta’ proġetti oħra li għaddej ix-xogħol fuqhom bħalissa fosthom l-iskola sekondarja taż-Żejtun, l-iskola primarja tal-Imsida, skola fir-Rabat Għawdex, is-sala fl-iskola ta’ Santa Luċija u xogħol ta’ tisbiħ f’numru kbir ta’ skejjel u ċentri oħra.
Ritratti: Gareth Degiorgio