Illejla, il-Prim Ministru Robert Abela inawgura boutique hotel ġdida f’Birkirkara, bl-isem ta’ Royale Sainte Hélène, b’investiment mill-privat ta’ €4 miljun.
Din il-proprjetà ġiet irrestawrata, fejn inżammet il-faċċata awtentika, li toffri ambjent ta’ kwalità lil dawk li jżuruha.
F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-Prim Ministru Robert Abela qal li dan il-proġett huwa ta’ suċċess permezz tal-preservazzjoni tal-awtentiċità, waqt li jħaddan l-istil modern. Intqal kif dan il-proġett huwa ta’ kwalità fuq il-kwantità u semma kif dan l-investiment mill-privat jaqbel mal-viżjoni tal-Gvern b’rabta mas-sostenibbilità ambjentali.
Id-Diretturi ta’ din il-lukanda, Romualda Vella u Jason Paul Vella dawru lill-Prim Ministru, waqt li spjegawlu dwar dan il-proġett li se jsaħħaħ il-kwalità f’din il-lokalità.