Dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ u ddiskuta fost oħrajn mas-Sindku tal-Mosta Chris Grech u Andre Callus mill-Moviment Graffitti dwar il-kwistjoni tas-siġar fil-Mosta.
Il-Prim Ministru ħabbar dan f’post fuq il-midja soċjali fejn tenna li ma għandu l-ebda dubju mir-rieda tas-Sindku u ta’ sħabu Kunsilliera l-aqwa proġetti għall-Mostin.
Fl-istess waqt qal li l-laqgħa tiegħu ma’ Andre Callus ienet waħda pożittiva fejn iddiskutew diversi temi.
Huwa temm jgħid li hu se jibqa’ jemmen fid-djalogu man-nies.