Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista żar dar fil-komunità fis-Siġġiewi, Dar Orkidea, li fiha tilqa’ persuni b’diżabilità. Din id-dar inawgura propju l-Prim Ministru f’Ottubru tal-2015.
Żjara li matula l-Prim Ministru sema’ l-esperjenza ta’ erba’ residenti li jgħixu f’din id-dar. Uħud minn dawn ir-residenti ilhom f’din id-dar mill-ftuħ tagħha.
Ir-residenti stqarru li l-esperjenza tagħhom fid-dar hija waħda pożittiva fejn jgħixu bħala familja waħda. Uħud mir-residenti saħansitra jagħmlu xogħol volontarju, għandhom impjieg u jgħixu ħajja indipendenti kif propju tippromwovi din id-dar fil-komunità.