Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mar-rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, Sarah Bonnici u r-rebbieħa tal-festival Mużika Mużika, Maxine Pace.
Sarah Bonnici se tippreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest li se jsir fl-Iżvezja, f’Mejju li ġej, bil-kanzunetta ‘Loop’.
Dan filwaqt li Maxine Pace rebħet il-festival Mużika Mużika, li sar ftit tal-ġimgħat ilu, bil-kanzunetta ‘Mhux tal-Aħħar’.
F’kitba fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela sostna li t-talent Malti dejjem se jsib l-appoġġ tal-Gvern.