Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela kompla jiltaqa’ man-nies fil-qalba tal-lokalitajiet, illejla fil-Għargħur u fl-Isla.
Fiż-żewġ lokalitajiet, lejlet li n-nies jibdew jivvutaw, il-Prim Ministru kellu appell ċar; li kollox jiddependi fuq id-deċiżjoni ta’ kull wieħed u waħda minna u li kull elezzjoni tibda xejn b’xejn.
Robert Abela nnota kif għad hemm eluf ta’ voti li għadhom ma nġabrux u huwa importanti li dawn jinġabru u n-nies joħorġu jivvutaw għall-Partit Laburista biex l-elf proposta li hemm fil-manifest isiru realtà u jitwettqu.