Il-Ħamis filgħodu l-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ ma’ bosta bejjiegħa u nies fis-suq ta’ Birżebbuġa.
Hawnhekk huwa seta’ jara sentiment pożittiv fost bosta dwar il-ħidma li wettaq Gvern Laburista fl-aħħar snin u anke dwar il-proposti li qed iressaq il-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu.
Bosta tkellmu dwar l-aħbar li f’Wied Żnuber mhux ser ikun qed isir żvilupp, u hawnhekk il-Prim Ministru tahom kelma li jekk jingħata l-fiduċja, Gvern Laburista ġdid se jkun qed jara żona fid-dawra tal-wied tiġi ODZ.
Meta kien qed jiltaqa’ man-nies, Robert Abela għamel referenza wkoll għall-aħbar mill-isbaħ tal-ftehim mal-kumpanija li tmexxi il-Freeport, fejn se jkun qed jonqos l-inkonvenjent għar-residenti.
L-anzjani wkoll kellhom kelma ta grazzi, għax kien dan il-Gvern li sena wara l-oħra żidilhom il-pensjonijiet u hekk ser jibqa’ jagħmel jekk jingħata fiduċja.