It-Tlieta filgħaxija l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ltaqa’ man-nies u l-familji f’Ta’ Xbiex.
F’messaġġ li wassal lil dawk preżenti, il-Prim Ministru qal kif fis-26 ta’ Marzu l-poplu għandu għażla bejn il-passat u l-futur.
Hawnhekk huwa rrefera għall-għajta ta’ Malta Flimkien u qal kif kulħadd għandu jkun ponn wieħed mal-Partit li għandu pjan ċar ta’ futur sabiħ għal pajjiżna.
Il-Mexxej Laburista spjega kif kien Gvern Laburista li nvesta kemm felaħ fil-Maltin u l-Għawdxin, u dan kompla jintwera biċ-ċar f’pandemija.
Dwar il-futur u l-Manifest Elettorali, Robert Abela qal kif hawnhekk il-Partit Laburista qed juri ir-ruħ soċjali tiegħu u li jemmen bis-sħiħ fl-ambjent.
Preżenti kien hemm ukoll il-Kandidati Laburisti fuq id-disa’ distrett.