Is-Sibt filgħaxija l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela kompla jiltaqa’ man-nies fil-pjazez f’Għawdex, din id-darba f’Ta’ Kerċem u San Lawrenz.
Quddiem bosta żgħażagħ il-Prim Ministru qal kif dan il-Gvern verament jemmen fihom.
Anke jixhduh il-proposti fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista.
Fost dawn semma l-miżura ta’ elf u ħames mitt ewro għal kull wild li se jkompli l-edukazzjoni wara s-sekondarja.
F’messaġġ li wassal lil dawk preżenti, il-Prim Ministru qal ukoll kif fis-26 ta’ Marzu l-poplu għandu għażla bejn il-passat u l-futur.
Il-Mexxej Laburista spjega kif kien Gvern Laburista li nvesta kemm felaħ fil-Maltin u l-Għawdxin.
Preżenti kien hemm ukoll il-Kandidati Laburisti għat-tlettax-il distrett.