Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Malti Robert Abela laqa’ lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.
Von der Leyen tinsab f’pajjiżna llum, hekk kif hija se tkun formalment qed tapprova l-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza ta’ Malta.
Hawnhekk il-Prim Ministru Robert Abela se jkollu laqgħa mal-President tal-Kummissjoni Ewropea.
Wara din il-laqgħa bejn Dr Abela u Von der Leyen se ssir konferenza tal-aħbarijiet mill-Barakka ta’ Fuq.