Waqt il-ftuħ tal-Expo Internazzjonali tal-Importazzjoni fiċ-Ċina, il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-President Ċiniż Xi Jinping.
Il-Prim Ministru qal li Malta tgħożż ir-relazzjonijiet eċċellenti maċ-Ċina li jmorru lura s-snin, u qed tħares ’il quddiem biex tkompli ssaħħaħ dawn ir-rabtiet ekonomiċi, politiċi u kulturali ma’ dan il-pajjiż.
Dr. Muscat jinsab fiċ-Ċina għal din l-expo flimkien ma’ Kapijiet ta’ Stati u Gvernijiet oħra kif ukoll ma’ imprendituri ewlenin fid-dinja tan-negozju.
Jakkumpanjah hemm il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela.