Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-attur u produttur ta’ fama mondjali Mel Gibson.
F’kitba fuq il-midja soċjali, Dr Abela nnota kemm kibret l-industrija tal-films f’pajjiżna.
Intqal li huwa qasam magħhom aktar dettalji dwar proġetti partikolari li huwa interessat jiġbed f’pajjiżna.
Gibson jibqa’ magħruf għal films famużi bħal ‘Braveheart’, ‘Mad Max’ u ‘The Passion of the Christ’.
F’din il-laqgħa, il-Prim Ministru kien hemm preżenti l-Kummissarju tal-Films Johann Grech u l-Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Mark Mallia.