Dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela żar id-dilettanti tal-Karnival fil-Belt.
Hawnhekk Dr Abela ra l-installazzjonijiet li ntramaw fi Pjazza San Ġorġ u t-Triq ir-Repubblika.
Mal-Prim Ministru, id-dilettanti tal-Karnival qalu li issa bdew il-preparamenti għal Karnival li se jsir f’nofs Mejju.
Dan hekk kif il-Karnival ta’ Mejju se jiġi organizzat kif kien isir qabel il-pandemija.
Preżenti kien hemm il-Ministru għall-Kultura José Herrera, flimkien mad-Direttur Artistiku tal-Karnival Jason Busuttil.
Intant, il-Prim Ministru fil-Belt Valletta ltaqa’ ma’ bosta persuni, fejn anki kellu ċ-ċans jispjega l-proposti li qed jippreżenta quddiem il-poplu, il-Partit Laburista.
Naturalment ma naqsux ir-ritratti mal-anzjani, familji u żgħażagħ.