Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela iltaqa’ mad-delegati tal-Partit Laburista f’Għawdex.
Fl-aħħar ġimgħat il-Prim Ministru, flimkien mal-Amministrazzjoni Laburista ltaqgħu ma’ bosta delegati minn madwar Malta u Għawdex biex b’hekk jisma’ dak li għandhom xi jgħidu.
Fost dawk preżenti għal din is-sessjoni kien hemm il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard, il-Viċi President, Louis Gatt u s-Segretarja tal-Eżekuttiv Nazzjonali, Catherine Fenech.