Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela iltaqa’ ma’ parti mid-delegati tal-Partit Laburista biex ikompli jisma’ lir-rappreżentanti tiegħu fl-ibliet u l-irħula.
Dan permezz tal-ewwel laqgħa tal-assemblei li saret fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fejn attendew id-delegati mill-ewwel sas-sitt distretti elettorali.
Fl-indirizz tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela rringrazzja lid-delegati tal-ħidma tagħhom filwaqt li saħaq li l-Partit irid ikompli jisma’ lill-votanti kollha li taw messaġġ fl-aħħar elezzjoni ġenerali.
Fil-fatt enfasizza l-prinċipji tal-umiltà biex il-Partit Laburista jibqa’ relevanti minkejja li għadna fl-ewwel ftit jiem tal-leġiżlatura.
Flimkien mal-Prim Ministru attendiet l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista.