Illum il-Prim Ministru, Robert Abela, laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja lil Glen Vella, ir-rebbieħ tal-festival Kanzunetta Maltija, Mużika Mużika.
F’messaġġ onlajn, il-Prim Ministru qal kif dan il-festival qed iservi ta’ pjattaforma prestiġjuża għal mużika bil-lingwa Maltija u jagħti opportunità lil kantanti, awturi u kompożituri lokali jesebixxu t-talent tagħhom.
Qal kif bħala Gvern se jkompli jagħti r-riżorsi kollha neċessarji biex dawn it-tip ta’ festivals jibqgħu jitniżżlu fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna.