Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat laqa’ lill-Pulizija Simon Schembri u lil qrabatu f’Kastilja.
Fi tweet fuq Twitter, il-Prim Ministru qal kif Schembri hu eroj u ta’ ispirazzjoni. Sostna li staqsa lil Schembri biex ikompli jservi fil-Korp tal-Pulizija u jkompli jispira l-membri tal-Korp u lill-pubbliku.
Is-Sur Schembri u l-familja tiegħu rringrazzjaw lill-Gvern għall-assistenza kollha li qed jingħataw, fosthom permezz tal-kura medika, il-protesi avvanzata li se ssirlu u mezzi oħra.
Il-Prim Ministru talab lil Simon Schembri biex jikkunsidra li, jekk ikun jista’, jibqa’ fil-Korp tal-Pulizija biex ikompli jservi ta’ ispirazzjoni għal membri u għal pubbliku.
Preżenti għal-laqgħa kien hemm id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia, il-Kummissarju Lawrence Cutajar u s-Segretarju Permanenti Kevin Mahoney.
Schembri ġarrab ġrieħi gravi u għamel żmien fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn vettura misjuqa minn ġuvni ta’ 17-il sena waqt li kien qed jaqdi dmirijietu. Il-ġuvni li kien qed isuq qed jinżamm arrestat u tressaq il-Qorti akkużat bi 23 akkuża fosthom bl-attentat ta’ qtil ta’ Schembri.
Simon Schembri is a hero and inspiration. I asked him to remain serving within the ranks of @MaltaPolice and continue to inspire its members and the public -JM pic.twitter.com/j0NfiF7MFW
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) June 21, 2018