Għexieren t’atleti akkumpanjati mill-kowċis li flimkien irrapreżentaw lil Malta fis-sbatax-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li saru f’San Marino bejn id-disgħa u għoxrin ta’ Mejju u t-tlieta ta’ Ġunju, iltaqgħu mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja.
Dan f’okkażjoni ta’ rikonoxximent għall-unuri li kisbu f’isem pajjiżna; fejn Malta rebħet erba’ midalji tad-deheb, disgħa tal-fidda u sittax tal-bronż.
Riżultati li nkisbu frott ix-xogħol iebes u s-sagrifiċċji li saru tul l-aħħar xhur.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva lill-atleti li kien imdawwar bihom bħala eżempju għal żgħażagħ oħra li jaspiraw li jilħqu ċertu livell fl-isports.
Deskrizzjoni li tapplika għalihom ukoll.