Il-Prim Ministru Malti, Robert Abela kien fost dawk li rreaġixxew dwar id-diskors tla-Istat tal-Unjoni li għamlet aktar kmieni l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von der Leyen fil-Parlament Ewropew ta’ Strasburgu.
Dr Abela rreaġixxa billi kiteb fuq il-midja soċjali fejn stqarr li d-diskors kien wieħed ta’ min ifaħħru, b’mod partikolari dwar it-temi li ttrattaw il-Mediterran inkluż is-sħubija tal-Unjoni Ewropea mal-kontinent Afrikan għal proġetti diversi.
B’rabta ma’ dan il-Prim Ministru nnota kif ġimgħatejn oħra, meta se jitlaqqa’ l-EUMED9 f’pajjiżna din il-politika se tkompli tiġi esplorata flimkien mal-pajjiżi l-ġoħra fil-Mediterran.
Aqra wkoll: