Fi stqarrija mill-Gvern ta’ Malta, ingħad li l-Prim Ministru Robert Abela kiteb lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, fejn ressaq formalment in-nomina tal-Gvern Malti għall-kariga ta’ Kummissarju Ewropew.
Glenn Micallef huwa n-nominat ta’ Malta.
B’esperjenza estensiva fl-affarijiet Ewropej, Micallef huwa ggradwat fl-ekonomija u fil-politika Ewropea. Huwa serva bħala Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Is-Sur Micallef kien Direttur Ġenerali tad-Dipartiment ta’ Koordinazzjoni tal-Unjoni Ewropea u serva bħala konsulent tal-Prim Ministru għall-Affarijiet Ewropej, fejn kien ukoll parti mit-tim ta’ negozjati li wasslu biex pajjiżna kiseb allokazzjoni rekord ta’ fondi Ewropej.