F’kitba fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela feraħ lil Alex Sciberras u John Grech li ġew eletti bħala President u Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista, rispettivament.
Dr Abela feraħ lil dawk kollha eletti fl-eżekuttiv nazzjonali. It-12-il membru elett huma Ray Azzopardi, Guza Cassar, Yana Debono Grech, George Azzopardi, Jason Farrugia, Mariella Abela, Jason Micallef, Ray Falzon, Owen Grech, Matthew Chetcuti, Eman Felice u Rosette Cassar.
F’dan il-messaġġ, Dr Abela rringrazzja wkoll lil Norma Saliba, lil Georvin Bugeja u dawk kollha li ressqu ’l quddiem għall-eżekuttiv u ċert li għandhom ħafna aktar x’joffru ġewwa familja waħda li se tkompli tiġġedded.
Il-Prim Ministru qal li l-Partit Laburista huwa partit ħaj b’attiviżmu b’saħħtu.
Dr Abela rringrazzja wkoll lill-Kummissjoni Elettorali għat-tmexxija ta’ proċess importanti u flimkien mal-ħafna voluntiera li taw sehem importanti.