Il-Prim Ministru jiffirma l-ktieb tal-kondoljanzi għar-Reġina Eliżabetta II
Il-Prim Ministru Robert Abela ffirma l-ktieb tal-kondoljanzi li nfetaħ fil-Kummissjoni Għolja tar-Renju Unit f’Malta għar-Reġina Eliżabetta II.
Nhar il-Ġimgħa li għadda, anki l-President ta’ Malta, George Vella, kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, iffirmaw dan il-ktieb.
Kull min jixtieq isellem il-memorja tar-Reġina Eliżabetta II jista’ jagħmel dan ukoll. Fil-fatt, kienu bosta li kkonkorrew u taw il-kondoljanzi tagħhom bil-kitba.
Kien hemm ukoll diversi li wrew ir-rispett tagħhom billi poġġew fjuri quddien Villa Guardamangia, fejn ir-Reġina u l-Prinċep Filippu għexu għal sentejn bħala miżżewġin friski.