Il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat qiegħed Londra biex għada jieħu sehem f’konferenza dwar il-koruzzjoni.
Konferenza li qiegħda ssir fl-isfond tal-Panama Papers u li Muscat stqarr li qed jattendi għaliha għaliex wieħed irid jiffaċja r- realtà u jitkellem dwar x’għandu jsir.
Fil-fatt f’diskussjoni li fiha kien mistoqsi għadd ta’ domandi l-Prim Ministru esprima diżappunt li ma kienx hemm iktar mexxejja minn madwar id-dinja li attendew għal din il-konferenza.
Il-Prim Ministru ħa l-okkażjoni wkoll biex tkellem dwar id-diversi miżuri li ħa l-gvern Malti biex jassigura trasparenza u tmexxija aħjar. Kumment tal-Prim Ministru fil-filmat