Il-Prim Ministru Robert Abela ħa sehem f’summit virtwali tal-mexxejja Ewropej.
Il-Prim Ministru Dr. Abela saħaq dwar l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-istati membri u l-pajjiżi tal-Eastern partnership f’numru ta’ oqsma.
Il-Prim Ministru aċċenna għall-importanza li jkun hemm kooperazzjoni dwar għad ta’ fatturi fejn hemm sfidi komuni bħat-tibdil fil-klima.
Is-summit Ewropew kien iffukat ukoll fuq temi importanti bħal budget tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin u l-pjan ta’ rkupru ta’ €750 miljun li kienet preżentat Ursula von der Leyen fil-Parlament Ewropew ix-xahar li għadda.
Bejn l-istati membri jrid jinstab qbil dwar dan il-pjan ta’ rkupru hekk kif hemm parti mill-flus li huma self.
Il-pajjiżi tat-tramuntana tal-Ewropa fosthom dawk Skandinavi ma jridux li l-istati membri jagħtu iżjed flus lill-Unjoni Ewropea biex imorru għal dawk il-pajjiżi li ilhom sejrin il-baħar anki qabel faqqgħet il-Coronavirus.