Il-Prim Ministru ta’ Malta, Robert Abela ħa sehem f’laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew permezz ta’ video conferencing li fiha l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea ddiskutew is-sitwazzjoni preżenti fil-Belarus wara li l-elezzjoni riċenti qanqlet diversi protesti.
Il-Gvern Malti stqarr li l-Unjoni Ewropea hija inekwivoka fil-messaġġ tagħha ta’ appoġġ lejn iċ-ċittadini tal-Belarus u kontra l-vjolenza.