Dalgħodu, qabel indirizza l-laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela ddedika ftit mill-ħin tiegħu għall-ġurnalisti.
Huwa poġġa mal-mejda fejn kien hemm ġurnalisti minn kmamar tal-aħbarijiet differenti, fejn tkellem magħhom dwar ħidmiethom u anki s-sitwazzjoni tal-imxija f’pajjiżna u barra minn Malta.
Il-Prim Ministru rringrazzja lill-ġurnalisti tad-dedikazzjoni li juru f’xogħolhom u wassal messaġġ ċar li dan il-Gvern huwa miftuħ għall-iskrutinju inkluż tal-midja.
Wara li indirizza l-laqgħa, il-Prim Ministru wieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti bħalma jagħmel wara kull impenn tiegħu li jkun miftuħ għall-midja.