Illum il-Prim Ministru Joseph Muscat beda żjara ta’ tlett ijiem f’sitt pajjiżi Ewropej differenti bħala parti mill-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea .
Fil-jum tat-Tlieta l-ewwel impenji tal-Prim Ministru se jkunu fi Stokkolma fejn se jiltaqgħa mal-Prim Ministru tal-Isvezja Stefan Lovren. Fi Stokkolma l-Prim Ministru mistenni jkollu laqgħa mal-Partit Soċjali Demokratiku fil-kwartieri ġenerali tagħhom.
Aktar tard wara nofsinhar il-Prim Ministru Joseph Muscat se jmur Praga għal-laqgħa mal-Prim Ministru tal-pajjiz rispettiv.
Fil-jum tal-Erbgħa d-delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Prim Ministru Joseph Muscat se tkun f’Bucharest u f’Ateni għal-laqgħat ma’ żewġ pajjizi rispettivi.
Fiwaqt li fil-jum tal-Ħamis, il-Prim Ministru se jkun f’Ċipru biex jiltaqgħa mal-President Ċiprijot u f’Ruma għal taħdiet mal-Prim Ministru Taljan.