L-Impjant ta’ Sant Antnin f’Wied il-Għajn se jingħalaq darba għal dejjem, hekk kif daħlet l-applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, biex dan isir spazju ieħor miftuħ għall-familji Maltin.
Ħabbar dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, waqt intervista qalb in-nies, mill-editur ta’ Malta Daily, Keane Cutajar, f’Marsaxlokk.
Dwar l-iskeda nazzjonali tal-iskart, il-Prim Ministru Robert Abela semma wkoll li dan wassal f’titjieb b’saħħtu fir-riċiklaġġ f’pajjiżna, hekk kif fl-aħħar ġimgħat, dan żdied b’35%. Hawnhekk huwa semma għad hemm sfidi dwar l-iskart, speċjalment fejn huma l-aktar turistiċi.
Hawnhekk il-Prim Ministru sostna, li dwar dan is-suġġett bil-kontra tal-Gvern, il-Partit Nazzjonalista qed jirrikorri għall-politika tal-passat, dik favur il-miżbliet.
Waqt li Gvern Laburista qed jaħdem favur ekonomija ċirkolari u semma kif miżbliet inbidlu fi spazji għall-familji, fosthom b’Wied Fulija u l-Qortin f’Għawdex.