Il-mexxejja Ewropej għandhom jiddiskutu l-prijoritajiet taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea. Dan kien il-messaġġ li għadda l-Prim Ministru Robert Abela f’kummenti lill-midja qabel il-bidu tas-Summit informali tal-Kunsill Ewropew fi Brussell.
F’din il-laqgħa primarjament il-mexxejja Ewropej bdew jiddiskutu l-ogħla karigi tal-Unjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin.
Hawnhekk il-Prim Ministru semma kif il-mexxejja Ewropej għandhom jindirizzaw il-prijoritajiet tan-nies u l-messaġġ li ta l-poplu fl-elezzjonijiet Ewropej ftit tal-jiem ilu.
“Nemmen li għandna nsibu l-konvengenza dwarhom, jiġifieri għalkemm illejla d-diskussjoni se tiċċentra dwar min se jkunu l-ismijiet l-aktar papabbli u liema familja politika se jkollha r-rapprezentazza ta’ dik il-karigi, imma nemmen ukoll li għandna nitkellmu ħafna dwar il-prinċipji.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Il-Prim Ministru sostna li f’dawn il-laqgħat tal-mexxejja Ewropej għandha ssir analizi tal-elezzjonijiet Ewropej u l-messaġġi li bagħtu l-popli Ewropej, inkluż dak Malti.
“Pajjiżna llum huwa Stat membru kburi tal-Unjoni Ewropea, inħaddnu l-valuri l-aktar importanti għall-Unjoni Ewropea u nemmen li d-diskussjoni tal-lejla se tkun waħda importanti ferm għax se tiddefinixxi l-Unjoni Ewropea x’se tkun qed tirrapprezenta fil-ħames snin li ġejjin. Il-popli tkellmu ċar, tkellmu ċar madwar l-Ewropa kollha, il-poplu tkellem ċar f’pajjiżna wkoll u determinat ukoll li anki fuq livell Ewropew, il-messaġġ li bagħat il-poplu, kemm fuq livell lokali u anki fuq livell Ewropew, hawnhekk niġi u nittrasmettih, kif huwa l-obbligu tiegħi li nagħmel. Mhux biss għax huwa obbligu, imma għaliex jiena wkoll nemmen li dak il-messaġġ li bagħat il-poplu tagħna kien wieħed korrett u allura jien issa rrid nittrasmettih hawnhekk fl-organu tal-Kunsill Ewropew.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Il-Prim Ministru Robert Abela qal li dawn il-prijoritajiet se jiġu diskussi fis-summit li jmiss tal-Kunsill Ewropew fi tmiem dan ix-xahar.
In Brussels for an Informal Meeting, engaging in important discussions on Europe’s future leadership. – RA pic.twitter.com/jTPWBnVEOr
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) June 17, 2024
AQRA WKOLL: