L-għażla importanti ta’ nhar is-Sibt li ġej hija dwar x’Malta rridu għal uliedna.
Dan kien il-messaġġ tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela f’filmat li qed ixandar il-Partit Laburista bħala parti mill-kampanja Malta Flimkien.
Il-Prim Ministru fisser kif Malta Flimkien mhux messaġġ biss ta’ waqt kampanja elettorali għaliex dan kien dak li għaqqad lill-pajjiżna waqt pandemija.
Il-Prim Ministru f’dan il-messaġġ stieden lin-nies sabiex jingħaqdu miegħu sabiex il-familji Maltin u Għawdxin ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.