F’kummenti lill-ġurnalisti wara li ħabbar investiment multi-miljunarju f’Ħal Far, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-elezzjoni ġenerali se ssir is-sena d-dieħla, hekk kif il-leġiżlatura tiskadi f’Ġunju li ġej.
Dr Abela rrimarka li l-elezzjoni ġenerali tissejjaħ fl-interess nazzjonali.
Innota li l-Oppożizzjoni qajmet mingħajr raġuni ċertu inċertezza għan-negozji billi tgħid li ġejja elezzjoni x-xahar id-dieħel.