“Il-ħidma parlamentari tul din is-sena ratna nwettqu iktar riformi importanti.”
Dan intqal mill-Prim Ministru Robert Abela f’kitba fuq il-midja soċjali, fil-jum tal-aħħar sessjoni plenarja tal-Parlament għas-2023.
Il-Prim Ministru Robert Abela tenna li ċentrali f’din il-ħidma hemm l-baġit għas-sena d-dieħla, fejn illum se jkun qed jittieħed vot ieħor dwaru.
Fil-plenarja tal-lum fil-Parlament se jittieħed vot dwar l-emenda tal-Gvern li żgħażagħ ta’ 16 jew 17-il sena jsiru Sindku jew Viċi Sindki, jekk dejjem iġibu l-maġġoranza.