Waqt Summit speċjali tal-Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Prim Ministru Malti Robert Abela ħabbar kif pajjiżna se jkun qed jgħin lill-Ukrajna permezz ta’ provvisti mediċi.
F’kitba fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela qal kif is-sentiment bejn il-mexxejja Ewropej kien wieħed komuni, dak tax-xewqa għall-paċi u l-waqfien mill-ġlied.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Prim Ministru Robert Abela qal kif il-mexxejja Ewropej qablu fuq sanzjonijiet immirati lejn is-setturi ekonomiċi partikolari.