Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela, sellem il-memorja ta’ dawk kollha li fit-tmienja u għoxrin t’April tal-elf disa’ mija u tmienja u ħamsin ħarġu jipprotestaw waqt l-istrajk ġenerali kontra l-ħakma tal-barrani u għexieren spiċċaw tressqu l-Qorti.
Dr Abela u l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista sellmu l-memorja ta’ dawn il-Maltin quddiem il-mafkar li jinsab fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid.
Preżenti wkoll kien hemm membri mill-General Workers’ Union u taż-Żgħażagħ LaburistI. Huma sellmu l-memorja ta’ dawn missirijietna u ommijietna billi poġġew bukkett fjuri f’riġlejn dan il-mafkar.
Preżenti wkoll għal din iċ-ċerimonja qasira iżda sinifikattiva kien hemm Alfred Galea, li kien wieħed minn dawk li, erbgħa u sittin sena ilu, ħareġ jipprotesta kontra l-ħakkiem barrani.