Il-Prim Ministru Robert Abela espona l-fatti filwaqt li kixef il-qerq tal-Oppożizzjoni b’rabta mad-deċiżjoni tal-Qorti Ċivili dwar il-konċessjoni marbuta ma’ tliet sptarijiet f’pajjiżna.
Il-Prim Ministru Robert Abela għamel dan waqt li kienet qed tiġi diskussa mozzjoni fil-Parlament dwar l-isptarijiet li kienu parti mill-konċessjoni ma’ Vitals u Steward.
Diskussjoni mimlija isteriżmu u għajjat minn naħa tal-Oppożizzjoni b’attentat li jwaqqfu lill-Prim Ministru milli jitkellem.
Dr Abela tenna li hekk kif issa għalaq il-perjodu tal-appell, seta’ jitkellem b’libertà quddiem l-immanipular u l-gideb tal-Oppożizzjoni dwar il-fatti wara d-deċiżjoni tal-Qorti. Dan billi saħansitra inċita dak li qalet l-Qorti.
Intant il-Prim Ministru nnota wkoll l-iskorrettezzi fattwali tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Prim Ministru sostna wkoll li d-dikjarazzjonijiet ta’ Steward ikomplu jikkonfermaw il-pożizzjoni soda tal-Gvern li ma jerġax jinnegozja dan il-ftehim.
Dr Abela tenna wkoll il-gideb tal-Oppożizzjoni dwar li ma sar l-ebda investiment f’pajjiżna minn Steward. Dan hekk kif ġab numru ta’ eżempji fosthom bl-iskola medika ta’ Barts f’Għawdex u anke s-servizzi fl-isptar Karen Grech hekk kif kien hemm 1,000 admission b’70,000 siegħa ta’ trattament, iżda mhux biss hekk kif il-Prim Ministru elenka wkoll dak li sar fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex
Il-Prim Ministru spjega wkoll kif Steward kienu wkoll ta’ għajnuna biex għenu jattrezzaw pajjiżna bil-ventilaturi fi żmien il-Covid-19 meta kien hawn diffikultà kbira biex dawn jiġu aċċessati, flimkien mas-salarji tal-ħaddiema li pprovdew servizzi lil tant pazjenti Maltin u Għawdxin.
Minkejja dan il-Prim Ministru tenna li l-Gvern mhux se jieqaf hawn.
Il-Prim Ministru nnota wkoll l-ipokrezija tal-Oppożizzjoni meta titkellem dwar proġetti fil-qasam tas-saħħa. Dan speċjalment meta titkellem dwar l-isptarijiet b’mod partikolari l-Isptar Mater Dei hekk kif fakkar fil-każ famuż tal-konkos difettuż permezz tal-kumpanija Skanska.
Dr Abela temm id-diskors tiegħu billi kompla jassigura l-aqwa kura għall-poplu Malti u Għawdxi.