Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mas-Segretarju Parlamentari Chris Agius laqgħu f’kastilja l-plejers tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, kif ukoll il-plejers tfajliet ta’ taħt is-17-il sena.
Dan hekk kif iż-żgħażagħ ta’ taħt il-21 sena rebħu tlett logħbiet u kisbu żewġ draws fil-grupp validu mill-kwalifikazzjoni għal Kampjonat Ewropej. Filwaqt li t-tfajliet ta’ taħt is-17-il sena ġabu l-ewwel rebħa għal pajjiżna fil-gruppi ta’ kwalifikazzjoni.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat, stqarr li dan iż-żewġ timijiet huma ta’ eżempju għall-futur u li quddiemhom għandhom triq twila, li matula se jkunu qed jispiraw ħafna żgħażagħ oħra.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius, spjega li dan huwa mument importanti fix-xena sportiva u li jeħtieġ li naraw kif nibnu aktar fuq dawn ir-riżultati pożittivi.